ATTO, l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ l-Operaturi tat-Trailers laqgħet il-fatt li Malta issa se jkollha rwol dirett fuq il-Kumitat dwar it-Trasport fi ħdan il-Kummissjoni
Ewropea.
“Il-fatt li Malta issa se jkollha lill-MEP Dr Daniel Attard fuq il-Kumitat dwar it-Trasport ta’ l- Unjoni Ewropa huwa pass importanti fid-direzzjoni t-tajba għaliex dan għandu jiggarantixxi lil-interessi speċifiċi tal-pajjiżi gżejjer bħal Malta jkunu fuq quddiem fl-aġenda ta’ l-UE,” qal Joseph Bugeja, Chairman ta’ ATTO.
ATTO dan l-aħħar kellha laqgħa kordjali ma’ l-MEPs Maltin Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada li matulha, iż-żewġ naħat qablu li se jżommu djalogu bejniethom sabiex ikun żgurat li l-interessi ekonomiċi ta’ Malta jibqgħu imħarsa sabiex is-servizzi internazzjonali bit-trailers li joru l-membri ta’ ATTO jibqgħu imħarsa u jkomplu jissaħħu.
Waqt din il-laqgħa, ATTO spjegat kif id-Direttiva ETS li tobbliga lill-kumpaniji ta’ tbaħħir biex jagħmlu tajjeb għall-emissjonijiet, mhiex kollha kemm hi ġusta fir-rigward ta’ pajjiżi gżejjer bħal Malta minħabba li niddependu b’mod sħiħ fuq it-trasport bil-baħar għal dak kollu li għandna bżonn
Waqt il-laqgħa, Joseph Bugeja ppreżenta lit-tliet MPEs dokument mressaq lill-Parlament Ewropew minn rappreżentanti tal-operaturi tat-trasport u t-trasport tal-merkanzija f’Malta, l-Irlanda u Ċipru għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasport Magħqud tal-UE li qed ikollha impatt speċifiku fuq il-loġistika u l-provvista tat-tlett pajjiżi.
“Minkejja li Malta, Ċipru u l-Irlanda huma tliet stati gżejjer membri tal-Unjoni Ewropea, ilpolitika fil-livell tal-UE mhiex qed tikkunsidra l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn il-pajjiżi. Lopinjoni tagħna hija li konnessjonijiet bejn nazzjonijiet gżejjer u l-UE kontinentali għandhom awtomatikament jitqiesu bħala trasport kombinat,” qal is-Sur Bugeja.
Il-position paper, li tfasslet minn ATTO, l-Irish Road Haulage Association (IRHA) u l-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Ċipru qed tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew biex jirrevedi lliġijiet li hemm bħalissa dwar it-trasport bit-triq minħabba l-kompetizzjoni inġusta li hemm bejn dawn il-pajjiżi gżejjer u l-kumplament tal-kontinent Ewropew
"Il-kwistjonijiet attwali li qed tiaċċja l-industrija tagħna jagħmlu din id-dokument wieħed definittiv għal ATTO u għall-imsieħba tagħna f'Ċipru u fl-Irlanda u jippermettu lill-ATTO tieħu tmexxija f'din il-kwistjoni kruċjali," temm jgħid Joseph Bugeja.
ATTO hija l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-operaturi tal-loġistika Maltin li joru trasport bit-triq bejn Malta u l-kumplament ta’ l-Ewropa. Il-membri tagħha jirrappreżentaw 80% talimportaturi u esportaturi f’Malta fost industriji dierenti fosthom l-avjazzjoni, ħwejjeġ, ikel, materja prima, farmaċewtika u ħafna prodotti oħra.
The Association of Tractor and Trailer Operators (ATTO) has revealed its newly branded logo, marking...
READ MOREA year ago, JOSEPH BUGEJA was appointed chairman of ATTO, the association that represents Maltese...
READ MOREThe Association of Tractor and Trailer Operators (ATTO) is calling for reduced bureaucracy in the...
READ MOREATTO Board representatives together with the Chairman and Secretary General have held a follow up...
READ MOREAt the initiative of our Chairman and Board, Identita Malta's CEO, Mr. Steve Agius, invited...
READ MOREMalta and six other EU member states have won a court ruling against a law...
READ MOREDear Members, ATTO remains fully committed to leaving no stone unturned in its mission...
READ MORE"Trailer services offered by Maltese companies are a vital link between Malta and mainland...
READ MOREBil-għan li jkun hawn aktar sigurtà fit-toroq Maltin, trailers u kontejners mitluqin u pparkjati...
READ MOREONE.COM.MT • Fid-dawl ta’ regolamenti ġodda dwar l-ivvjaġġar u t-trasport fl-Unjoni Ewropea, meqjusin inġusti għal...
READ MOREATTO, Malta’s Association of Tractor and Trailer Operators has welcomed the fact that Malta will...
READ MOREATTO, l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ l-Operaturi tat-Trailers laqgħet il-fatt li Malta issa se jkollha rwol dirett...
READ MORE