ONE.COM.MT • Fid-dawl ta’ regolamenti ġodda dwar l-ivvjaġġar u t-trasport fl-Unjoni Ewropea, meqjusin inġusti għal pajjiż żgħir u gżira bħal tagħna, it-tliet membri Parlamentari Ewropej Laburisti żammew il-wegħda tagħhom li jiltaqgħu mal-assoċjazzjoni Maltija ATTO, li għandha l-għan li tħares l-interessi tal-operaturi lokali f’dan is-settur.
Huma ġew ippreżentati b’sett ta’ proposti u biex tali ilmenti jkunu jistgħu jitwasslu fl-ogħla istituzzjonijiet Ewropej.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: CHRIS BORG / ARKIVJI
“Id-delegazzjoni Laburista l-ġdida fil-Parlament Ewropew żammet kelmtha u ltaqgħet magħna u semgħetna”. Hekk iddikjara Joseph Bugeja, President tal-Assoċjazzjoni tal-Operaturi tat-Tractors u t-Trailers, l-ATTO, wara laqgħa mal-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada, fejn tressqu l-proposti tal-istess negozji b’rabta ma’ regoli ġodda tal-Unjoni Ewropea għall-ivvjaġġar u t-trasport tal-merkanzija.
Il-leġiżlazzjoni Ewropea, imsejħa Emissions Trading System jew ETS, ġiet deskritta bħala sproporzjonata u li ma tiħux inkonsiderazzjoni tar-realtajiet partikolari ta’ pajjiż gżira bħal dawk ta’ pajjiżna.
F’dan ir-rigward, l-ATTO, flimkien mal-operaturi tat-trailers fl-Irlanda, il-Kmamar tal-Kummerċ ta’ Ċipru u Malta, u l-Malta Business Bureau, elenkat l-isfidi li qed jiltaqgħu n-negozji f’dawn il-pajjiżi u fasslu proposti li jindirizzaw tali inġustizzji, inkluż taxxi eżorbitanti fis-sena.
Għaldaqstant ġew ippreżentati lill-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista biex ikunu jistgħu jitressqu fil-Parlament Ewropew u tissaħħaħ il-vuċi Maltija f’dan ir-rigward.
F’kumment ma’ dan l-istazzjon, Bugeja saħaq dwar l-importanza tal-proposti mressqin għal settur li hu kruċjali għall-ekonomija Maltija.
JOSEPH BUGEJA
PRESIDENT, ATTO
“Il-konsumatur Malti rridu nipproteġuh aħna, għax ħafna mill-merkanzija tiġi tramite t-trailer operations. It-taxxa żejda fuq il-baħar tiswa €7 miljun fis-sena. Spejjeż żejda li mhu qed jiggwadanja ħadd, jiġifieri dak kollu li għandna bżonn nipproteġu biex nibqgħu kompetittivi naħseb hu importanti għall-konsumatur Malti u għall-industrija Maltija.”
Il-President tal-ATTO tenna xi sfidi li qed jiffaċċjaw bħalissa u kif Malta ma tistax titpoġġa fl-istess keffa ta’ pajjiżi li jinsabu fuq l-art prinċipali tal-Unjoni Ewropea, anke għaliex huma ferm akbar minna.
Semma wkoll il-kawża pendenti fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fejn Malta qed titlob biex tiġi annullata r-regola tar-ritorn tal-vetturi fil-Pakkett ta’ Mobbiltà tal-Unjoni Ewropea.
Tali regolament jobbliga lill-operaturi fil-ġarr tal-merkanzija biex jirritornaw lejn il-pajjiż li fih ikunu bbażati kull tmin ġimgħat. Xi ħaġa li ma tagħmilx sens għal Malta.
Dan mhux se jkollu impatt negattiv qawwi fuq l-ambjent inġenerali, iżda anke s-settur tat-trasport lokali u l-ekonomija nazzjonali se jbatu konsegwenzi mill-aktar serji minħabba l-insularità ta’ pajjiżna.
“Għandna pendenti l-ETS, it-taxxa żejda fuq il-parti tal-baħar u li aħna inevitabbli u rridu nużaw il-baħar. Qed nistennew deċiżjoni mill-Qorti dwar ir-return of vehicle lejn Malta li jekk ma tinqatax favurina hija ta’ impatt negattiv u naħseb l-approach li għandu jsir fejn pajjiżi, gżejjer bħal tagħna, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari u mhux one-size-fits-all.”
ATTO, l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ l-Operaturi tat-Trailers laqgħet il-fatt li Malta issa se jkollha rwol dirett...
READ MOREI am very pleased to inform you that our Chairman, Mr. Joseph Bugeja, has successfully...
READ MOREIt was a great honour for the Chairman, the Board Members to host the three...
READ MOREThe Emissions Trading Scheme is raising costs for shippers by an average €100 per trailer...
READ MOREOn 5 June 2023, all revisions of the EU emissions trading system (‘ETS’) Directive entered...
READ MOREThe Chairman and the Board of ATTO had the honour and the privilege to host...
READ MOREHon Dr Alex Agius Saliba had an official meeting with The Chairman and the Board...
READ MOREThe British High Commissioner in Malta, Her Excellency Ms Katherine Ward LVO OBE, has invited...
READ MOREThe annual general meeting for the year 2023 for ATTO members was held at the...
READ MOREThe Association of Tractors and Trailer Operators (ATTO), the Malta Chamber, the Malta Business Bureau,...
READ MOREAs part of its vision and business plan, ATTO is consolidating its sector relationship with...
READ MOREThe Board of ATTO - The Association of Tractor & Trailer Operators had lately held...
READ MORE