Bil-għan li jkun hawn aktar sigurtà fit-toroq Maltin, trailers u kontejners mitluqin u pparkjati illegalment fit-toroq jew f’żoni partikolari, inkluż fiż-żona ta’ Ras il-Ħanżir u ż-Żona Industrijali ta’ Kordin, li tinsab biswit, se jkunu qed jitneħħew.
Dan tħabbar f’avviż maħruġ minn Transport Malta, waqt li l-miżura għandha l-għan li tevita perikli żejda fit-toroq tagħna, waqt li d-dehra tagħhom ma tibqax tkerrah l-inħawi.
Fuq il-midja soċjali, il-Ministru responsabbli Chris Bonett ukoll tenna li din l-azzjoni qed tittieħed wara tħassib li wrew residenti, xufieri u kull min jiffrekwenta l-inħawi.
Uffiċjali minn Transport Malta se jkunu qed jagħmlu kuntatt mas-sidien ta’ dawn it-trailers biex ineħħuhom mit-toroq imsemmijin. Jekk ma titteħidx azzjoni, mit-22 ta’ Awwissu l-istess vetturi se jkunu qed jitneħħew u jittieħdu f’faċilità b’mod definittiv.
F’kumment bit-telefown ma’ ONE News, il-Ministru Bonett tenna l-għan ta’ dawn il-passi li se jittieħdu.
“Ħafna nies qaluli, il-mument li sirt Ministru, kien dwar il-periklu li kien hemm, speċjalment fiż-żona ta’ Kordin fuq trailers abbandunati fit-triq, speċjalment bil-lejl li qed ikunu ta’ periklu enormi. Għamilna żmien nistudjaw is-sitwazzjoni u bdejna bl-ewwel pass f’Kordin. Mit-22 ta’ Awwissu se nibdew nieħdu passi biex min ma jneħħix it-trailers, inkunu qed inneħħuhom aħna, Transport Malta, u noħduhom f’faċilità biex dawn jintremew.”
Il-Ministru kompla jgħidilna li, sal-ewwel kwart tas-sena li ġejja, se jittieħdu l-passi fi nħawi oħrajn, bħalma huma Ta’ Qali, Ħal Qormi u Ħal Far. Hu spjegalna t-triq ’il quddiem f’dan is-settur.
“Iżda wkoll irridu nkomplu nitkellmu mal-burdnara u mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sidien ta’ dawn it-trailers biex ovvjament il-ħajja tagħhom nipprovaw inġibuha aktar faċli fil-mod minn fejn joperaw. Ma ninsewx li din hi industrija importanti mmens, għax it-trailers huma dawk, wara kollox, li jġorru l-ikel mill-vapuri tagħna, biex imbagħad inkunu nistgħu nikkonsmawhom aħna. Ir-rwol tagħhom hu importanti, però wasal iż-żmien ukoll li nibdew nieħdu passi għas-sigurtà fit-toroq. Il-mument li nibdew nirrispettaw lil xulxin ma jkunx hemm għalfejn, permezz ta’ Transport Malta, li nibdew nieħdu passi bħal dawn.”
At the initiative of our Chairman and Board, Identita Malta's CEO, Mr. Steve Agius, invited...
READ MOREMalta and six other EU member states have won a court ruling against a law...
READ MOREDear Members, ATTO remains fully committed to leaving no stone unturned in its mission...
READ MORE"Trailer services offered by Maltese companies are a vital link between Malta and mainland...
READ MOREBil-għan li jkun hawn aktar sigurtà fit-toroq Maltin, trailers u kontejners mitluqin u pparkjati...
READ MOREONE.COM.MT • Fid-dawl ta’ regolamenti ġodda dwar l-ivvjaġġar u t-trasport fl-Unjoni Ewropea, meqjusin inġusti għal...
READ MOREATTO, Malta’s Association of Tractor and Trailer Operators has welcomed the fact that Malta will...
READ MOREATTO, l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ l-Operaturi tat-Trailers laqgħet il-fatt li Malta issa se jkollha rwol dirett...
READ MOREI am very pleased to inform you that our Chairman, Mr. Joseph Bugeja, has successfully...
READ MOREIt was a great honour for the Chairman, the Board Members to host the three...
READ MOREThe Emissions Trading Scheme is raising costs for shippers by an average €100 per trailer...
READ MOREOn 5 June 2023, all revisions of the EU emissions trading system (‘ETS’) Directive entered...
READ MORE